top of page
Writer's pictureAidan Gauci

“Kelli Go fija li gHad nirbaH xi HaGa.” - Rebbieha tal-Paralimpjadi tal-1960

Updated: May 23, 2022

Artiklu minn Aidan Gauci u Gareth Farrugia - 25 t' April 2022





Angela Farrugia hija anzjana ta’ 81 sena, li ta’ sena u nofs inħakment mill-marda tal-Poljo.

“Ġiet ommi tqajjimni, u x’ħin qajmitni waqajtilha mis-sodda". “Imbagħad mort l-isptar, u x’ħin invistawni qaluli li għandi l-poljo.”

Il-Poljo, hija marda serja li tista’ eventwalment taffetwa n-nervituri, u tista’ tirrestrinġi l-movumenti ta’ ċertu muskoli, kif ukoll tista twassal għall-paraliżi. Saħansitra tista’ twassal għall-mewt ukoll. Fil-każ t’ Angela, il-poljo attakkatha f’sieqha, tillimitalha l-abiltà tagħha li timxi. Minkejja dan, Angela qatt ma ħalliet lill-Poljo iżżommha milli tgħix ħajja bħal ħaddieħor.

“Bil-poljo qatt ma qtajt qalbi, għax mixi u affarijiet oħra kont nagħmel kollox, u bis-saħħa tal-poljo ġejt u għamilt dawn l-affarijiet. Kelli l-caliper, għamilt operazzjoni u permezz tagħha ġejt tajba.”
“Bħala poljo, li kont poljo jien ma kontx naħseb li ħa nidħol għal dawn l-affarijiet, imma meta avviċinawni ippruvajt, għamilt kuraġġ, u meta bdejt nipprattika komplejt nagħmel aktar kuraġġ. Kont waħda li ma tantx noħroġ, u konna nitgħallmu in-knitting machine, għax minn hemm bdejt jien. U kellna ħafna nies li tawna l-kuraġġ, bħas-sinjura Bianchi, is-sur u s-sinjura Amato, is-sur Pisani. Dawn kollha kienu magħna.”

Hekk kif mistoqsija dwar kif ġiet imħajra sabiex tipparteċipa f’dan l-avveniment, Angela qaltilna:

“Ħajruni għax jiena kont nattendi ċ-ċentru tad-diżabiltà, u ġejna mistednin biex immorru l-paralympic barra, Ruma. Imbagħad ġejt magħżula biex nagħmel is-swimming, il-putting the shot (Shot Put) u l-javelin"

Il-Paralimpjadi saru f’Ruma eżatt fejn ftit xhur qabel saru l-olimpjadi propja. Minn Malta kienu kontinġent ta’ madwar ħmistax -il ruħ, bejn parteċipanti u nies li kienu jittrenjawhom. Angela kienet tittrenja l-għawm b’mod regolari, madanakollu żiedet il-frekwenza qabel marret Ruma.

“Is-swimming kont nittrenjah f’Sant’ Anton, fil-pool tagħhom, u l-putting the shot u l-Javelin konna nittrenjawh il-Marsa. Kelli ġo fija li għad nirbaħ xi ħaġa. Il-midalji ksibthom fl-iswimming first, u Javelin second.”

Angela wkoll semmitilna li fil-putting the shot (magħruf iżjed bħala shot put), rebħet flimkien ma’ parteċipanta oħra Ġermaniża, imma ġie deċiż mill-ġurija li jagħtu l-midalja lill-Ġermaniża. B’mod nostalġiku, Angela wkoll tiftakar fil-mumenti li rebħet, l-aktar dak tal-għawm.


Angela turi l-midalji li kisbet lill-gvernatur Ingliż ta' Malta, Sir Robert Laycock

“X’ħin tlajt mis-swimming, imteddejtilhom fl-art, u ġew jerfgħuni biex jifirħu bija. L-emozzjoni kienet kbira ħafna x’ħin inżilna Malta, għax in-nies li sibna jistennewna u kulħadd beda jcepcpilna u jifraħilna. Imbagħad sibna tar-ritratti, u kulħadd ġej jieħu r-ritratti. Kellna anki l-Gvernatur Sir Laycock, ġie biex jara l-medalji magħna hemm.” Imbagħad, sirt Sportswoman of the year, għal sena.”

Angela dakinhar li ġiet ippremjata bħala Sportswoman of the year


“Ħadna pjaċir ħafna, u konna stmati u minn kollox. U x’ ħin niftakar f’dan l-avveniment, għadni nixtieq li għadni ħa mmur issa.”

Angela appellat lil nies li jbatu minn diżabiltà sabiex ma jħallu lil ħadd u xejn jaqtalhom qalbhom. Illum, iżjed minn dak iż-żmien it-teknoloġija issaħħet u saret ferm iżjed faċli li nies b’diżabiltà jkunu inklużi u aktar attivi fis-soċjetà tal-lum.

“Jien nista’ ngħid lil nies b’diżabiltà, li jagħmlu kuraġġ, ma joqgħodux lura għax illum differenti minn dak iż-żmien, u hawn ħafna fejn jimirħu il-logħob tagħhom, u hawn ħafna għaqdiet tad-diżabiltà fejn imorru.”

16 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentários


bottom of page